MALTI


IL-KNISJA TAS-SALIB IMQADDES


Rude” jew “Rood” hija kelma antika Ingliza li tfisser is-Salib ta’ Kristu jew il-Kurcifiss.

L-ewwel knisja f’dan il-post twaqqfet mir-Re David I fl-1129, izda nqerdet bin-nar fl-1406. Ftit taz-zmien wara, Lord Chamberlain ta’ l-Iskozja ghamel ghotja biex tinbena knisja gdida, u l-korsija, in-nava t’isfel tal-knisja, u t-torri, tlestew fl-1414. Din il-parti tal-knisja, bil-kolonni tondi stil Skocciz, bil-hnejjiet Gotici u s-saqaf originali ta’ l-injam tal-ballut issa tidher, wara hafna tibdil, kif kienet meta nbniet l-ewwel darba.

Peress li l-knisja ma kinitx kbira bizzejjed ghall-kongregazzjoni, inbena l-kor (fin-naha tal-lvant tal-knisja) bejn l-1507 u l-1546 minn xi negozjanti tal-post taht it-tmexxija ispirata ta’ l-imghallem John Coutts.

Fl-1656, wara argument bejn iz-zewg qassisin tal-Knisja u s-segwaci taghhom, il-Kunsill Lokali ordna li jinbena hajt divizorju fil-post fejn jiltaqghu n-navi u l-kappelluni, biex jifred il-knisja fi tnejn: il-knisja tal-lvant u dik tal-punent, b’kull knisja jkollha l-ministru taghha. Din is-sitwazzjoni baqghet hekk sa l-1935, meta z-zewg kongregazzjonijiet inghaqdu taht qassis wiehed.

Bejn l-1936 u l-1940 kien hemm progett kbir ta’ restawr. Il-hajt divizorju twaqqa’, iz-zewg kappelluni gew imkabbra, inbniet il-gavda (it-tarf milwi ta’ zewg hnejjiet li jwieznu s-saqaf), l-art fejn hemm il-kor u l-presbiterju gie mgholli, filwaqt li taht il-kor inbnew sagristija u qorti.

Bejn l-1965 u l-1968 sar iktar restawr. Dan kien jinkludi r-restawr tal-gebel imnaqqx fil-parti ta’ fuq tat-twieqi Gotici tal-knisja, it-tibdil ta’ hafna gebel immermer, it-tkahhil tal-gebel kollu, u sistema gdida biex issahhan il-knisja. Fl-1970 il-kariljon ta’ sitt qniepen fit-torri rega’ ddewweb u twahhal mill-gdid. Dawn il-qniepen issa jistghu jindaqqu minn tastiera jew mekkanikament. Bejn l-1987 u l-1993 sar progett iehor kbir ta’ restawr fejn intefqu 1,250,000 sterlina.

Ir-Regina Mary ta’ l-Iskozja kienet titlob f’din il-knisja u John Knox kien jippriedka hawn. It-tarbija ta’ Mary, Gakbu VI ta’ l-Iskozja, li iktar tard fl-1603 inhatar ir-Re Gakbu I ta’ l-Ingilterra, wara l-mewt tar-Regina Elizabetta, kien inkurunat hawnhekk fid-29 ta’ Lulju 1567. Bis-sahha t’hekk, din kienet l-unika knisja fir-Renju Unit, barra Westminster Abbey ta’ Londra, fejn saret koronazzjoni.

JEKK JOGHGBOK HALLI DIN IL-KARTA FIL-KNISJA

www.holyrude.org